Aqbeż għall-kontentut

Tim nazzjonali tal-futbol tas-Serbja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Serbja
Serbja
Psewdonimu Орлови (L-Ajkli)
Assoċjazzjoni Assoċjazzjoni tal-Futbol tas-Serbja
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Dragan Stojković
Kaptan Dušan Tadić
Rekord ta' preżenzi Dušan Tadić (106)
Rekord ta' gowls Aleksandar Mitrović (57)
Kodiċi tal-FIFA SRB
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
Klassifika tal-FIFA
Pożizzjoni attwali 21 (Ottubru 2022)
L-ogħla 6 (Diċembru 1998)
L-inqas 101 (Diċembru 1994)
L-ewwel logħba
 Repubblika Ċeka 1–3 Serbja Serbja
(Uherské Hradiště, Repubblika Ċeka; 16 ta' Awwissu 2006)
L-ikbar rebħa
 Ażerbajġan 1–6 Serbja Serbja
(Baku, Ażerbajġan; 17 ta' Ottubru 2007)
Serbja Serbja 6–1 Bulgarija 
(Belgrad, Serbja; 19 ta' Novembru 2008)
Serbja Serbja 6–1 Wales 
(Novi Sad, Serbja; 11 ta' Settembru 2012)
L-ikbar telfa
 Ukrajna 5–0 Serbja Serbja
(Lviv, Ukrajna; 7 ta' Ġunju 2019)
Tazza tad-Dinja
Preżenzi 12 (l-ewwel fl-1930)
L-aqwa riżultat Ir-raba' post (1930, 1962)
Kampjonati Ewropej
Preżenzi 5 (l-ewwel fl-1960)
L-aqwa riżultat Finalisti telliefa (1960, 1968)

It-tim nazzjonali tal-futbol tas-Serbja (bis-Serb: Фудбалска репрезентација Србије; Fudbalska reprezentacija Srbije) jirrappreżenta lis-Serbja fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tas-Serbja.

Is-snin tal-Jugożlavja

[immodifika | immodifika s-sors]

Bejn l-1920 u l-1992 it-tim nazzjonali tal-Jugożlavja kien attiv f'isem ir-Renju tas-Serbi, il-Kroati u s-Sloveni (sal-1929), ir-Renju tal-Jugożlavja (sal-1941) u r-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugożlavja (sal-1992). Tul dan iż-żmien tim wieħed biss irrappreżenta l-entitajiet politiċi li llum jiffurmaw is-Slovenja, il-Kroazja, il-Bożnija u Ħerżegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kosovo u l-Maċedonja ta' Fuq.

Minkejja dan, l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Serba ilha membru tal-FIFA mill-1921 u waħda mill-membri oriġinali tal-UEFA fl-1954. Iż-żewġ organizzazzjonijiet jirrikonoxxu lis-Serbja bħala d-dixxendenti tat-tim nazzjonali Jugożlav sabiex ir-riżultati u l-prestazzjonijiet tal-Jugożlavja għaddew lilhom. L-istess każ ġara fil-21 ta' Mejju 2006 wara d-deċiżjoni meħuda mill-Montenegro li tinfired u s-Serbja wirtu l-istorja qasira tat-tim tas-Serbja u Montenegro.

Wara l-1992, twieled tim nazzjonali ġdid li jirrappreżenta lir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja. It-tim kellu jistenna sat-23 ta' Diċembru 1994 sabiex jilgħab logħba uffiċjali, telfa ta' 2–0 kontra l-Brażil. Minħabba s-sanzjonijiet eżistenti mill-FIFA u l-UEFA, it-tim nazzjonali ma setax jikkompeti fit-Tazza tad-Dinja tal-1994 u fil-Kampjonati Ewropej tal-1996. Taħt dan l-isem huma kkwalifikaw għall-edizzjoni tal-1998 tat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej tas-sena 2000.

Serbja u Montengro

[immodifika | immodifika s-sors]

Fis-sena 2002, il-Parlament federali ta' Belgrad laħaq qbil biex l-istat jinqaleb minn federazzjoni għal konfederazzjoni. Il-parlament iddeċieda wkoll li jibdel isem l-istat biex sar l-Unjoni Statali tas-Serbja u Montengro. It-tim nazzjonali ħa l-isem tas-Serbja u Montenegro sal-2006 u b'din id-denominazzjoni kkwalifika għat-Tazza tad-Dinja tal-2006.

Fil-21 ta' Mejju 2006, il-Montenegro approvaw l-indipendenza mis-Serbja permezz ta' referendum, bid-diviżjoni tieħu l-effett fit-3 ta' Ġunju tal-istess sena. Minkejja dan, is-Serbja u Montenegro, iddeċidew li jikkompetu taħt dan l-isem. It-tim nazzjonali ġie eliminat fl-ewwel rawnd bi tliet telfiet: 1–0 kontra n-Netherlands, 6–0 kontra l-Arġentina u 3–2 kontra l-Kosta tal-Avorju.

L-indipendenza

[immodifika | immodifika s-sors]
It-tim nazzjonali Serb skjerat għal-logħba mit-Tazza tad-Dinja tal-2010 kontra l-Gana

Wara li l-Montenegro ddikjaraw l-indipendenza, is-Serbja lagħbu l-ewwel logħba bħala pajjiż indipendenti kontra r-Repubblika Ċeka f'rebħa ta' 3–1. L-ewwel kompetizzjoni kienet il-fażi ta kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-2008 fl-2007, liema fażi rathom jispiċċaw fit-tielet post, tliet punti wara l-Portugall u r-rebbieħa tal-grupp, il-Polonja.

Huma kkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2010 meta rnexxielhom jirbħu l-grupp fuq Franza, però ġew eliminati fl-ewwel rawnd b'żewġ telfiet u rebħa waħda kontra l-Ġermanja.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]