Aqbeż għall-kontentut

Stella Mwangi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Stella Mwangi
Stella Mwangi fil-Melodi Grand Prix 2011
Stella Mwangi fil-Melodi Grand Prix 2011
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Stella Nyambura Mwangi
Twieldet 1 ta' Settembru 1986 (1986-09-01) (38 sena)
Oriġini Kenja Nairobi, Kenja
Ġeneru Pop, soul, rap
Sit uffiċjali stellamwangi.com

Stella Nyambura Mwangi (twieledet fl-1 ta' Settembru 1986) hija kantanta Kenjana ta' ċittadinanza Norveġiża.

Imwielda l-Kenja fl-1986, Stella marret toqgħod in-Norveġja flimkien ma' familtha fl-1991. Ta' età żgħira kienet diġà ikkomponiet u kitbet l-ewwel kanzunetti tagħha. Hi tagħmel parti mill-grupp ta' mużika Afrikana The Rise li ħareġ l-ewwel album tiegħu fl-1998. Ħadmet ukoll ma' diversi artisti Afro-Ewropej u fl-2005 kantant għal Nelson Mandela fl-okkażjoni tal-kampanja ta' prevenzjoni kontra l-AIDS.

Bdiet il-karriera tagħha bħal solista meta fl-2006 ħarġet il-kanzunetta "Take it back" li għamlet suċċess fl-Afrika u l-Iskandinavja, u li aktar tard iddaħħal fl-album Living for Music li ħareġ fl-2008. Fl-2010, ipproduċiet kanzunetta oħra taħt l-isem ta' "Smile".

Fl-2011, ħadet sehem fil-Melodi Grand Prix, konkors mużikali Norveġiż fejn ir-rebbieħ jingħata ċ-ċans li jirrapreżenta lin-Norveġja fil-Eurovision Song Contest. Fit-12 ta' Frar 2011, Mwangi ħarġet bħala r-rebbieħa u permezz tal-kanzunetta "Haba Haba" sabet post fis-semifinali tal-Festival tal-Eurovision 2011 li sar f'Düsseldorf, il-Ġermanja.[1] Fl-10 ta' Mejju, Mwangi naqset li tagħmilha mal-aħħar għaxra li kellhom jikkwalifikaw għas-serata finali.[2]

  • 2008 – Living for Music
  • 2007 – "Take It Back"
  • 2010 – "Smile"
  • 2011 – "Haba Haba"
  1. ^ Storvik-Green, Simon. "Stella Mwangi victorious in Norway" (bl-Ingliż). eurovision.tv. Miġbur 2011-05-13.
  2. ^ "Hva skjer med Stella nå?" (bin-Norveġiż). kjendis.no. 2011-05-11. Miġbur 2011-05-13.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
Predeċessur
Didrik Solli-Tangen
Norveġja fil-Festival tal-Eurovision
2011

Suċċessur