Aqbeż għall-kontentut

Bryan Cristante

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Bryan Cristante
Informazzjoni personali
Twelid3 ta' Marzu 1995 (1995-03-03) (29 sena)
San Vito al Tagliamento, Italja
Tul1.88 m
RwolMidfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliRoma
Numru4
Mixtliet
2006–2009Liventina Gorghense
2009–2013Milan
Karriera professjonali
SninKlabb
2011–2014Milan
2014–2018Benfica
2016Palermo (self)
2016–2017Pescara (self)
2017–2018Atalanta (self)
2018–2019Atalanta
2018–2019Roma (self)
2019–Roma
Tim nazzjonali
2017–Italja

Bryan Cristante (twieled fit-3 ta' Marzu 1995) huwa futboler professjonali Taljan li jilgħab bħala midfilder mal-klabb tas-Serie A Milan. Huwa għandu passaport Kanadiż, minħabba li missieru twieled hemmhekk.[1]

Cristante twieled f'San Vito al Tagliamento iżda trabba ġewwa San Giovanni di Casarsa, fejn beda jilgħab il-futbol bħala tfajjel.[2] Huwa mexa lejn Liventina Gorghense, klabb tad-dilettanti fil-provinċja ta' Treviso, qabel ma ssieħeb ma AC Milan fl-2009.[3] Matul iż-żmien tiegħu fl-akkademja ta' AC Milan, hu kien membru tal-iskwadra tal-U15 li rebħet il-Campionato Giovanissimi Nazionali fl-2010,[4] fejn hemmhekk skorja tmien gowls,[2] huwa wkoll kien membru tal-iskwadra tal-U17 li rebħet il-Campionato Allievi Nazionali fl-2011.[5]

Huwa għamel id-debutt professjonali tiegħu għall-klabb fis-6 ta' Diċembru 2011, fl-età ta' 16-il sena u 278 ġranet, fejn ħareġ bħala sostitut minflok Robinho fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League kontra Viktoria Plzeň, il-logħba kienet spiċċat fid-dro ta' 2–2.[6] Hu b'hekk sar l-iżgħar plejer ta' Milan li lagħab fiċ-Champions League u t-tielet l-iżgħar ta' kull żmien.[7][8]

Cristante kien elett bħala l-aqwa plejer fit-Torneo di Viareggio 2013. Fl-4 ta' Marzu 2013, Cristante ffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu, li jżommu f'Milan sal-2018. Huwa se jissieħeb fl-ewwel skwadra fil-bidu tal-istaġun 2013/2014.[9]

Aġġornati sal-1 ta' Lulju 2013
Tim Staġun Kampjonat domestiku Tazza domestika Kompetizzjonijiet Ewropej[a] Kompetizzjonijiet oħra[b] Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Milan 2011–12 0 0 0 0 1 0 0 0 1 0
2012–13 0 0 0 0 0 0 0 0
2013–14 0 0 0 0 0 0 0 0
Total tal-karriera 0 0 0 0 1 0 0 0 2 0
Noti
  1. ^ Il-kompetizzjonijiet Ewropej jinkludu l-UEFA Champions League.
  2. ^ Kompetizzjonijiet oħra jinkludu s-Supercoppa Italiana.
  1. ^ "Milan: chi è Cristante: "Mi rivedo in Aquilani"" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. 2011-12-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-06-23. Miġbur 2012-08-24.
  2. ^ a b Gambino, Simone (2011-12-07). "An introduction to Bryan Cristante - AC Milan's 16-year-old Champions League wonderkid" (bl-Ingliż). Goal. Miġbur 2012-08-24.
  3. ^ Mazzara, Pietro (2011-12-04). "DNA vincente e serietà: ecco chi è Bryan Cristante". milannews.it (bit-Taljan). Miġbur 2011-12-15.
  4. ^ "Campionato Giovanissimi Nazionali 2009/10" (bit-Taljan). AC Milan. Miġbur 2012-08-24.
  5. ^ "Campionato Allievi Nazionali 2010/11" (bit-Taljan). AC Milan. Miġbur 2012-08-24.
  6. ^ Holyman, Ian (2011-12-06). "Plzeň secure late draw with Milan to end on a high". Union of European Football Associations. Miġbur 2011-12-07.
  7. ^ Gaetano De Stefano (2011-12-07). "Pato and Robinho not enough, AC Milan fluff the finish in Prague". La Gazzetta dello Sport. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-06-08. Miġbur 2012-08-24.
  8. ^ Lu. Guaz. (2011-12-07). "Cristante, il suo nome nella storia" (bit-Taljan). Il Giorno. Miġbur 2012-08-24.
  9. ^ "Bryan Cristante: il gioellino della "Cantera" rossonera". milanpassion.it (bit-Taljan). Miġbur 2013-06-03.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]