Aqbeż għall-kontentut

Bart McGhee

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Bart McGhee
Informazzjoni personali
Isem sħiħBartholomew McGhee
Twelid30 ta' April 1899(1899-04-30)
Edinburgu, Skozja
Mewt26 ta' Jannar 1979 (79 sena)
Philadelphia
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1917–1919New York Shipbuilding
1919–1921Wolfenden Shore
1921–1922Philadelphia Hibernian
1922–1924New York Field Club
1924–1925Fleisher Yarn
1925–1931New York Nationals
1929→ Philadelphia Field Club (self)
Tim nazzjonali
1930Stati Uniti

Bartholomew McGhee (twieled fit-30 ta' April 1899 – miet fis-26 ta' Jannar 1979) kien plejer tal-futbol Amerikan.

Imwieled l-Iskozja, il-familja emigrat lejn l-Istati Uniti fl-1912 wara li missieru kien emigra sentejn qabel. Ta' dsatax-il sena, McGhee beda jilgħab ma' New York Shipbuilding.[1] Fl-istaġun ta' wara ngħaqad ma' Wolfenden Shore. Wara li f'Marzu tal-1921 kellu żmien ta' prova ma' Bethlehem Steel,[2] hu ngħaqad ma' Philadelphia Hibernian.[3]

Fl-1922, McGhee issieħeb ma' New York Field Club. Magħhom għamel żewġ staġuni qabel ma' mar ma' Fleisher Yarn fl-1924. Fleisher kienu għal ħafna żmien klabb dilettant, però fl-1924 qalbu għal mudell professjonali. Madanakollu, ma setgħux imantnu lilhom infushom u l-klabb falla fi tmien l-istaġun. Meta Fleisher fallew, McGhee mar ma' Indiana Flooring, li iktar tard issemmew mill-ġdid bħala New York Nationals, li kienu jilgħabu fil-Belt ta' New York. Fil-karriera tiegħu, McGhee lagħab minn tal-inqas 350 logħba u skorja 137 gowl fil-perjodu ta' bejn l-1921 u l-1931.[4]

Fuq livell internazzjonali, McGhee lagħab tliet logħbiet mat-tim nazzjonali tal-Istati Uniti, kollha fit-Tazza tad-Dinja tal-1930. Hu skorja l-ewwel gowl tal-Istati Uniti fit-Tazza tad-Dinja, u t-tieni wieħed fl-istorja tal-kompetizzjoni, fir-rebħa ta' 3–0 kontra l-Belġju nhar it-13 ta' Lulju 1930. Fl-1986, McGhee ġie onorat meta ġie mniżżel fin-National Soccer Hall of Fame.[5]

  1. ^ "BETHLEHEM STEEL FINDS NEW YORK SHIPBUILDERS EASY" (bl-Ingliż). The Globe. 1918-02-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-21. Miġbur 2022-08-21.
  2. ^ "A Swing Along Athletic Row" (bl-Ingliż). The Globe. 1921-03-31. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-21. Miġbur 2022-08-21.
  3. ^ "PHILLIES ARE HELD TO A TIE" (bl-Ingliż). The Globe. 1922-01-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-21. Miġbur 2022-08-21.
  4. ^ "Top scorers in U.S. soccer history" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-03-03. Miġbur 2022-08-21.
  5. ^ "Hall of Famer Spotlight ... Bart McGhee" (bl-Ingliż). National Soccer Hall of Fame. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-06. Miġbur 2022-08-21.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]